Inter jixħtu ħarsithom fuq Riyad Mahrez

Inter saru t-tieni team Taljan wara Roma li qed jiġru wara l-firma tal-plejer Alġerin ta’ Leicester City Riyad Mahrez skont il-gazzetta Ingliża The Mirror.
Fil-verità Roma ilhom jagħmlu offerti lil Leicester għalkemm dawn tal-aħħar dejjem s’issa rrifjutaw kull offerta li saritilhom.
Il-paċenzja tat-tim mill-kapitali Taljana kważi spiċċat u għalhekk daħlu Inter fin-nofs fejn ġie rrapurtat illi lesta offerta ta’ $50 miljun sabiex jipperswadu lil Foxes jirrilaxjaw lil dan il-player. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.