Inter javviċinaw lil Arsenal għal Mustafi

Inter avviċinaw lil Arsenal sabiex jippruvaw jikkonvinċuhombiex Shkodran Mustafi jingħaqad magħhom.
Is-sit GianlucadiMarzio.com qal li n-Neroazzurri qegħdin ifittxu difensur u skont il-kowċ Luciano Spalletti dan jista’ jkun il-plejer ideali.
Wara li falla t-tentattiv li jakkwistaw lil Eliaquim Mangala mingħand ManchesterCity, l-attenzjoni daret fuq Mustafi li ngħaqad ma’ Arsenal sena ilu.
Dawn tal-aħħar bħal qishom ma tantx huma ħerqana li jħallu lil dan il-plejer jitlaq hekk kif nefqu €35 miljun għalih.
Mustafi għandu 25 sena u lagħab 19-il darba mat-tim nazzjonali Ġermaniż.