​“Intenzjoni tajba qabel niltaqgħu ma’ Birdlife” – FKNK

L-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti l-FKNK qalet li l-laqgħat ta’ konċiljazzjoni ma’ Birdlife Malta dejjem kienu inutli minħabba li l-intenzjonijiet ta’ Birdlife dejjem kienu ta’ konfrontazzjoni.
L-FKNK qalet li hem baħar jaqsam bejn il-kliem u l-fatti ta’ Birdlife Malta, għax sostniet li din l-għaqda moħħha biss biex iżżid il-flus u biex toħloq ħsara lis-settur tat-turiżmu.
L-FKNK sostniet li jekk Birdlife Malta turi bil-fatti li verament għandha intenzjonijiet tajba biex tiddiskuti, allura l-FKNK tkun l-ewwel waħda li tpoġġi madwar il-mejda.