“Intenzjonata biex tiżvija lill-pubbliku” – Manuel Delia dwar Bonnici

Alessandra dee Crespo

Ir-rikors Kostituzzjonali li fetaħ il-ġurnalist indipendenti Manuel Delia kontra l-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici u d-Direttur tal-Indafa Pubblika Ramon Deguara ma kienx irtirat. Dan ikkonfermah Delia stess wara stqarrija li nħarġet mill-Ministeru tal-Kultura li dan kien iritirat. Fi stqarrija l-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li huwa nnotta kif l-proċeduri li fetaħ Delia, kien iritirat. Iżda Delia xejjen dak li qal Bonnici u akkużah li qed “jiżvija lill-pubbliku”. Is-Sibt 15 ta’ Settembru Delia fetaħ il-Qorti b’urġenza b’mandat t’inbizzjoni li ma ntlaqgħax mill-Qorti. Il-Qorti kienet talbet lil Bonnici jispjega l-aġir tiegħu iżda minflok, il-mafkar għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia tneħħa u kien depożitat il-Qorti mill-Ministru inifsu. Iktar kmieni llum l-Avkuat Joe Brincat preżenta rikors li fih talab biex jidħol parti mill-istess kawża li nfetħet minn Delia.

Il-mandat t’inbizzjoni kien jitlob li l-mafkar għall-ġurnalista ma jitneħħiex iżda dan tneħħa. It-Tnejn li għadda, Delia fetaħ rikors Kostituzzjonali kontra Owen Bonnici bl-argument li ċ-ċensura tal-protesta quddiem il-Qorti hi ksur tad-dritt tal-kelma ħielsa.

Fl-istqarrija Bonnici qal li l-Qorti ma ħarġet l-ebda ordni temporanja, liema ordni kienet diġà irrifjutata mill-Qorti stess u minflok talbet spjega mingħand Bonnici fiż-żmien għaxart ijiem.

Delia temm jgħid li huwa l-jedd tal-attivisti li jipprotestaw u li se jkomplu jfittxu l-protezzjoni tal-Qrati minn dak li huwa sejjaħ abbuż tal-Gvern.