Int żagħżugħ u tikteb? Din għalik!

Jekk tikteb u inti żagħżugħ jew żagħżugħa, għandek opportunità sabiex tieħu sehem
f’serata li se tittella’ f’Jannar 2019. It-tema ewlenija, jiġifieri l-vjaġġ, tista’ tiġi interpretata
b’mod wiesa’ u l-kitbiet għandhom ikunu qosra biżżejjed sabiex jinqraw f’4 minuti jew
inqas. Fil-każ ta’ stejjer qosra, it-tul għandu jkun bejn 300 u 500 kelma, filwaqt li
l-poeżiji għandhom ikunu ta’ madwar 30 vers.

Is-sottomissjonijiet huma miftuħa għal żgħażagħ taħt il-35 sena, u għandhom jintbagħtu
fuq wieħed minn dawn l-indirizzi sa nhar is-Sibt, 17 ta’ Novembru:
info@sanpawl.com jew għaqdatalmalti@gmail.com

Wara li ssir l-għażla, għandha ssir laqgħa u jista’ jkun li ssir talba għal xi bidliet ta’
natura editorjali. Din is-serata qed tittella’ mill-Akkademja Kulturali Pawlina tal-Belt Valletta
b’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università.

Għal aktar tagħrif tistgħu żżuru l-paġni tal-Facebook taż-żewġ għaqdiet:
www.facebook.com/Akkademja-Kulturali-Pawlina
www.facebook.com/ghaqdamalti

L-Għaqda tal-Malti toffri wkoll opportunitajiet oħra ta’ kitba, bħal fil-pubblikazzjoni annwali tagħha Leħen il-Malti u fil-programm ta’ kitba kreattiva li tikkordina mal-Aġenzija Żgħażagħ, Taħżiż. Is-37 edizzjoni ta’ Leħen il-Malti se titnieda nhar il-Ħadd li ġej fin-12.30pm bħala parti mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.