“Int toħroġ l-aħjar li hemm fija” – Ivan lil Deborah

Ritratt: Facebook/IvanGrech

Awguri lill-kantant Ivan Grech u l-mara tiegħu Deborah nèe Vassallo li llum qed jiċċelebraw għeluq 17-il sena miżżewġa.

F’messaġġ li kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook Ivan iddikjara li dawn is-17-il sena taru bħal żiffa. Huma żżewġu bħal-lum fl-2003.

Ivan, li proprju ġimgħa ilu għamel wirja minn fuq it-terrażżin tad-dar tiegħu f’Marsaxlokk, irringrazzja lil martu ta’ dak kollu li hi atgħmel miegħu u rrimarka li hiaj toħroġ l-aħjar li hemm fih.

“Mingħajrek ħajti tkun limitata għal ħsieb, pjan, idea, xewqa, ħolma,” tenna hu fil-kitba tiegħu filwaqt li ddikjara mħabbtu lejha.

Awguri Ivan u Debbie f’dan il-jum speċjali.