Int taf min huma dawn?

Read in English.

L-interess fl-ewwel edizzjoni tal-programm Malta’s Got Talent li probabbilment se tkun qed tixxandar mill-Ħadd 5 ta’ Ottubru, qiegħed dejjem jiżdied.

It-tim tal-produzzjoni, li huwa l-istess wieħed li wassal il-programm X Factor Malta, beda jinki lis-segwaċi tiegħu llum billi ppubblika ritratt tal-erba’ membri tal-ġurija. Ir-ritratt jurihom meta kienu tfal.

Il-pubbliku b’hekk issa beda jikkummenta dwar min jaħseb li dawn huma u qed jispikkaw l-ismijiet ta’ Ray Attard, Howard Keith Debono, Sarah Zerafa, Ray Calleja, Mary Spiteri, Carina Camilleri, Peter Carbonaro u Michela Pace.

Int min taħseb li huma? Idħol fil-paġna ta’ Malta’s Got Talent u agħti l-opinjoni tiegħek hemmhekk u tista’ tirbaħ biljetti għal-live shows kollha ta’ dan l-ispettaklu kbir li se jkun qed jitwassal fuq TVM fil-ħarifa.