“Int id-dinja tiegħi” – Josette lil Dominic

Dominic Galea & Josette Sciberras

Messaġġ ħelu mingħand Josette Sciberras lis-sieħeb tagħha il-mużiċist Dominic Galea li llum qed jiċċelebra għeluq il-55 sena tiegħu. Twieled bħal-lum fl-1965. Huwa wieħed mit-tlett ulied ta’ Sammy u Doreen Galea.

Josette iddeskriviet lil Dominic bħala d-dinja tagħha waqt li rringrazzjatu talli dejjem kien hemm għal kulħadd u filwaqt li kompliet tiddeskrivieh bħala l-ġgant ġentili tagħha, iddikjarat ukoll imħabbitha lejh.

Ritratt: Facebook/JosetteSciberras

Dominic beda jikteb l-ewwel kanzunetti tiegħu fl-1983 u ta’ 18-il sena rebaħ il-Malta Song Festival bil-kanzunetta Ħabib Tinsiex. Fl-istess sena il-kanzunetta Sakemm interpretata minn Catherine Vigar klassifikat fit-tielet post tal-Bratislava Lyre Song Festival.

5 snin wara il-kanzunetta tiegħu Heaven, interpretata minn Mary Spiteri kklassifikat fit-tieni post tal-Australian Open Song Festival.

Isem Dominic Galea huwa assoċjat mal-musicals, uħud mill-aqwa li ttellgħu matul is-snin f’pajjiżna. Dawn jinkludu Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, Il-Gwerra ta’ Spiru Cefai, Żeża tal-Flagship, It-Tfajla tal-Palazz, Karmena Abdilla, Balzunetta Towers, Il-Ħanina Maddalena, L-Għarusa tal-Mosta, Il-Ħanut tal-Ġugarelli u reċentement Il-Kbir Għadu ġej.

Kien ukoll ikkompona l-ballet Red Rose for a Ballerina.

Dominic huwa wkoll il-moħħ wara diversi albums ta’ poeżiji mmużikati fosthom Ommi, kif ukoll Nirien.

Tul is-snin ta wkoll kontribut qawwi lix-xena tal-jazz f’Malta u anki ġie msemmi f’rivisti internazzjonali.

Awguri Dominic!