“Int għamiltli ħajti kompluta” – Justin lil Stephanie

Awguri lill-preżentatriċi Stephanie Chircop li llum qed tiċċelebra għeluq l-40 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum il-25 ta’ Lulju tal-1980.

Minn lejliet dan il-jum bdew jaslu bosta messaġġi ta’ awgurju fuq il-midja soċjali u fost il-ħafna kien hemm dak tas-sieħeb il-ppreżentatriċi Justin Spiteri, li huwa l-gowlkeeper tal-Furjana. Fost oħrajn iddeskrivieha bħala unika, sabiħa u intelliġenti.

Filwaqt li ddikjara imħabbtu lejha, Spiteri kiteb li l-preżentatriċi tal-programm Bejnietna li jixxandar fuq Net, għamltlu ħajtu kompluta.

Apparti li tippreżenta u tipproduċi l-programmi, Stephanie hija wkoll stilista tax-xahar u kantanta, kif ukoll żeffiena. Filfatt, kienet bdiet tidher fuq il-televiżjoni bħala żeffiena meta kellha 21 sena waqt il-programm Is-Sibt li Ray Calleja kien jippreżenta fuq TVM. Peró ż-żfin bdietu snin qabel, meta kellha 13-il sena u għal ħames snin kienet iġġorr it-titlu ta’ kampjonessa fil-Latin u l-Ballroom.

Stephanie Chircop hija wkoll omm ta’ tlieta.

Ritratt: Facebook/JustinSpiteri

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.