Int fil-qamar? Jekk taf dawn it-8 fatti m’intix

Jekk hux qamar kwinta jew sempliċiment felli, dejjem hemm xi ħaġa affaxxinanti u romantika fejn jidħol il-qamar. Ejjew naraw xi fatti dwar dan id-dawl li x-xemx toffrilna bi prokura għal mal-lejl. 
1. Il-qamar mhux tond Il-qamar huwa ovali 
Meta tħares lejh, tkun fil-fatt qed tara tarf biss minnu. Il-massa ġeometrika mhix ċentrali, imma 1.2 mili ‘l bogħod miċ-ċentru. Dan irendi l-forma pjuttost ovali… mhux li tgħid li wieħed jinnotaha wisq mingħajr teleskopju, però.
2. Qatt m’aħna naraw il-qamar kollu
Meta nħarsu lejn il-qamar, dejjem inkunu qed naraw 59% tiegħu. Il-bqija, 41%, qatt ma nistgħu narawh mid-dinja. U jekk forsi mhux qed temmen dak li qed taqra, itla’ fl-ispazju u mur fuq dik il-parti moħbija  u tinduna li ma tkunx tista’ tara d-dinja. 
3. Il-qamar blu huwa riżultat ta’ vulkan
It-terminu ‘qamar blu’ huwa mifhum li oriġina fl-1883 wara li żbroffa l-vulkan Krakatoa qrib il-gżira ta’ Java fix-xlokk tal-Asja. Tant kien hemm trab itir fl-atmosfera li meta kont tħares ‘il fuq lejn il-qamar , kont tarah blu. Ovvjament din kienet xi ħaġa tassew rari u minn hemm ġejja l-frażi bl-Ingliż ‘darba f’qamar blu’ (once in a blue moon). Bil-Malti aħna aktar prattiċi, ngħidu ‘Darba f’mitt qamar’; almenu dak jerġa’ jasal żgur. 
4. Eklissi kkaġunati minn dragun
Ħrafa antika Ċiniża tgħid li l-eklissi solari kienu kkaġunati ta’ dragun li bela’ x-xemx. Jemmnu wkoll li żrinġ kbir jgħix fuq il-qamar ġo ħofra. Dawn il-ħofor fil-fatt huma kkawżati minn blat spazjali u metejoriti li ħabtu mal-qamar madwar 4.1 biljun sena ilu. 
5. Il-qamar qed iġegħilna nitnikkru
Meta l-qamar ikun l-aktar viċin id-dinja, it-‘tides’ ikunu għoljin. F’Malta dan l-effett li jofroħ il-baħar ftit li xejn inħossuh u l-effett ikompli jonqos aktar ma wieħed jersaq lejn l-ekwatur.  Ħafna mil-enerġija  rotazzjonali tad-dinja hija misruqa mil-qamar, u għaldaqstant fil-ħeffa tad-dawrien tagħha, kull mitt sena. 
6. Id-dawl tal-qamar
Ix-xemx hija aktar qawwija min qamar kwinta. Biex il-qamar kwinta jiddi bl-istess dija tax-xemx, jeħtieġ 398,110 qmura. Waqt eklissi tal-qamar, meta l-qamar jimxi fid-dell tad-dinja, it-temperatura ta’ wiċċ il-qamar tinżel sa madwar 500 gradi Farhenheit f’anqas minn 90 minuta. 
7. Leonardo da Vinci fehem x’kien il-felli tal-qamar
Meta l-qamar jidher qisu felli, inkunu qed naraw id-dawl tax-xemx jiddi fuq parti biss tal-qamar. Il-kumplament tal-qamar jidher ftit ħafna  – jiddependi mill-kundizzjoni tat-temp. Leonardo da Vinci kien l-ewwel persuna li fehem li l-qamar ma kienx qed jinxtorob jew jespandi imma parti minnu kien sempliċiment mistoħbi. 
8. Insemmu l-qamar
L-Unjin Internazzjonali tal-Astronomija jsemmi l-ħofor tal-qamar, u kull ħaġa oħra astronomika. Dawn il-ħofor ġeneralment ikollhom isem ta’ xi xjentist rinomat, artist jew esploratur. Il-ħofor madwar Apollo huma msemmija għal astronawta Amerikan u kosmonawta Russu. 
Fl-aħħar nett: sar stħarriġ fl-1988 minn Lowell Observatory fi Flagstaff, Arizona13% ta’ dawk kollha li ħadu sehem jemmnu li l-qamar hu magħmul mil-ġobon! Tgħid hemm xi pjaneta magħmula mill-Inbid biex tmur miegħu?