Installazzjoni artistika waqt Birgufest

Waqt Birgufest ta’ din is-sena wieħed se jkun jista’ jara installazjoni artistika f’Couve Porte, fil-Birgu.
Mewweġ hi installazzjoni artistika minn Enrique Tabone, ispirata mill-kunċett ta’ benniena. Tibda nhar il-Ġimgħa 10 t'Ottubru u tispiċċa nhar il-Ħadd 12 t'Ottubru.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni din il-ġimgħa fil-Birgu, iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micalled qal li “Valletta 2018 mhix biss dwar attività fil-Kapitali imma ukoll dwar attivitajiet fuq skala iżgħar li jiżviluppaw madwar il-gżira u f’kommunitajiet differenti.”
Il-Birgu serva bħala xenarju għal numru ta’ proġetti ta’ Valletta 2018 fosthom Qatt ma Ninsa – Life at Sea fil-Mużew Marittimu, f’Ġunju u l-prestazzjoni ispirata mill-istess attività Qatt ma Ninsa – Birgu mit-Teatru Manoel Youth Theatre, ix-xahar li għadda.