Installati aktar AEDs f’Għawdex

MGOZ - George Scerri

Read in English.

Ġie nstallat defibrillator (AED) fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat.

Dan ħabbritu l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li faħħret lill-Malta Cadets Corps għal din l-inizjattiva. Il-Corps ukoll tat taħriġ dwar kif jintuża AED.

Il-Ministru qalet li wara li ġie installat defibrillator fiċ-Ċittadella u l-għotja ta’ numru ta’ defibrillators oħra lill-iskejjel Għawdxin, importanti li titqajjem aktar kuxjenza dwar l-użu ta’ dan l-apparat li jista’ jsalva l-ħajja.

AED tintuża meta l-qalb tieqaf tħabbat għal xi raġuni jew oħra. Din twassal xokk żgħir lill-qalb biex terġa’ tibda tħabbat. Filfatt, il-magna tal-AED għandha tintuża biss meta l-persuna mitlufa minn sensiha u ma tkunx qed tieħu n-nifs.