Installati 452 pannella solari fuq il-bejt tal-Inspire

Facebook - George Vella

Read in English.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire Antonello Gauci ħabbar li ġew installati 452 pannella solari fuq il-bejt tal-Inspire. Il-proġett sewa 120,000 u ġie ffinanzjat mill-kumpanija Frank Salt Real Estate. Il-fondazzjoni Inspire mistennija tiffranka mal-€45,000 f’elettriku fis-sena.

Il-Kap Eżekkuttiv ħabbar dan il-proġett waqt iż-żjara tal-President George Vella u martu Miriam fil-bini tal-Fondazzjoni Inspire f’Wied il-Għajn. Il-President u martu segwew parti mill-programm ‘Star 25’, li jipprovdi interventi speċifiċi għal grupp ta’ nisa u rġiel bi bżonnijiet speċjali. Fost it-terapiji li jingħataw hemm dawk tal-fiżjoterapija u tat-terapija multisensorjali.

Il-President faħħar id-dedikazzjoni u l-imħabba li juru ta’ kuljum il-ħaddiema tal-Inspire, u fix-xhur li għaddew minkella l-pandemija tal-Covid-19 baqgħu joffru s-servizzi ta’ għajnuna tagħhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.