Instabet Madeleine McCann?

Sitt snin wara, jista’ jkun li ċ-ċkejkna Madeleine McCann, it-tifla Ingliża li ila nieqsa minn Mejju tal-2007, instabet.

McCann kienet ġiet nieqsa waqt li kienet fuq btala mal-ġenituri tagħha fil-Portugall. Huwa mifhum li Scotland Yard sab tifla li kienet mitlufa u li tixbah ħafna liċ-ċkejkna McCann. Biex jiġi aċċertat li din it-tifla hi tassew Madeleine Mc Cann, se jsiru xi testijiet tad-DNA.

Kienu saru ħafna spekulazzjonijiet fuq kif intilfet din it-tifla. Saħansitra kien hemm ipoteżi li l-ġenituri tagħha stess setgħu kienu nvoluti.