Instab it-tifel marid li kien irrappurtat nieqes fi Spanja

It-tifel Ashya King li għandu ħames snin instab wara li l-ġenituri tiegħu ħarġuh mill-isptar f’Southhampton, kontra l-ordni tat-tobba.
Malli nstab it-tifel f’Spanja hu ttieħed l-isptar għal trattament urġenti għat-tumur, filwaqt li ġew arrestati l-ġenituri tiegħu.
Brett u Naghemeh King kellhom mandat internazzjonali għall-arrest tagħhom u issa qed jinżammu taħt arrest.
Kelliem għal pulizija qal li l-kundizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.
F’filmat fuq l-internet, missier Ashya spjega d-deċiżjoni li joħorġu lit-tifel mill-isptar ma kienitx waħda faċli iżda li t-tobba ma kienux ċerti mit-trattament mediku li kien qed jirċievi fl-Ingilterra, u li għandhom jitħallew fil-paċi.
Sostna li binhom kien jinsab ferm aktar kuntent barra mill-isptar u li kienu qed jagħtuh il-mediċina meħtieġa.