Instab il-katavru tat-tifel li nħataf f’Ġerusalem

Il-Pulizija Iżraeljana sabet katavru li possibbilment jista’ jkun tat-tifel Palestinjan li nħataf f’Ġerusalem.
It-tifel intlemah jiddaħħal f'karozza f’Beit Hanina ftit wara li sar il-funeral tat-tliet ġuvintur Lhud li nstabu mejta fil-belt ta’ Hebron nhar it-Tnejn li għadda.
Huwa mifhum li dan il-ħtif seħħ bħala tpattija ta’ dawn l-imwiet.
Għadd ta' Palestinjani ltaqgħu quddiem id-dar tat-tifel u pprotestaw kontra l-pulizija billi waddbu l-ġebel.