Instab fil-Qawra bid-droga; 6 xhur ħabs

CMRU

Żagħżugħ ta’ 21 sena wieġeb ħati li ttraffika l-pjanta tal-kannabis wara li nqabad mill-Pulizija fil-Qawra. Hu weħel sentenza ta’ sitt xhur ħabs.

Fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħ, imwieled l-Italja mingħajr residenza fissa f’Malta, twaqqaf mill-Pulizija meta kien fiż-żona magħrufa bħala ta’ Fra Ben fil-Qawra. Skont il-Pulizija, instabu sitt pakketti tal-kannabis u “ammont sostanzjali tal-flus” fuqhu. Qalet li l-akkużat ikkoopera bi sħiħ magħha. Il-Qorti ordnat lill-akkużat biex iħallas ukoll multa ta’ €500 fuq medda ta’ tliet snin.

Aktar dettalji dalwaqt