“Kundizzjonijiet tajba biex is-settur privat jikber” – Dr Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvernijiet għandhom joħolqu kundizzjonijiet tajba biex is-settur privat jikber u joħloq impjiegi ta’ kwalità.
Waqt li kien qed jindirizza l-Kungress tas-Soċjalisti Ewropej f’Ruma, Dr Joseph Muscat qal li ekonomija soda għandha tkun ibbażata fuq tmexxija finanzjarja bil-għaqal u mmirata lejn tkabbir ekonomiku.
Il-Prim Ministru Malti żied jgħid li l-politika progressiva hija tajba għan-negozju.
Dr Joseph Muscat qal li l-preżenza ta’ tant Prim Ministri waqt il-Kungress juri b’mod trasparenti u minn qabel li jekk is-soċjalisti jiksbu maġġoranza fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz se jkun il-kandidat għall-President tal-Kummissjoni Ewropea.