“Insiru Laburisti, mhux partit tal-businessmen”

Luke Zerafa

Fi blogg qawwi fl-emozzjoni u fl-argumentazzjoni, Desmond Zammit Marmarà, eks-delegat tal-Partit Laburista u eks-Minorty Leader Laburista fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan, għamel appell ħerqan biex il-Partit Laburista jitnaddaf u jerġa’ jsir verament Laburista u mhux partit politiku tal-businessmen.

Huwa jikteb li erbgħa minn nies, li ma jsemmix b’isimhom, “ittradixxew il-fiduċja fdata fihom mil-Laburisti kollha u wħud anke mill-Maltin kollha”.

Zammit Marmarà kiteb li l-Partit Laburista twikka b’numru ta’ opportunisti li l-unika raġuni li għaliha daħlu fil-Partit Laburista hija li javvanzaw u jagħmlu flus kemm jistgħu.

“Nibki meta niftakar”, kiteb Zammit Marmara, “f’tant Laburisti li għamlu u għadhom jagħmlu tant sagrifiċċji mill-qalb għall-Partit li tant iħobbu.”

Kompla jikteb li “fl-2013 tfaċċaw ċerti nies bi skop wieħed biss f’moħħhom, li żgur ma kienx il-politika bħala servizz pubbliku imma l-politika bħala attività merċenarja.”

Għall-blogg sħiħ agħfas hawn.