​Insigne kuntent ma’ Napoli

F’intervista illi kellu mal-istazzjon televiżiv Taljan Rai Sport, l-attakkant ta’ Napoli Lorenzo Insigne żvela illi Torino u Inter avviċinawh sabiex jingħaqad magħhom, iżda meta mbagħad evalwaw l-affarijiet ma baqgħux juru interess fih.
Aurelio De Laurentis, il-president ta’ Napoli, jinsab sodisfatt illi Insigne baqa’ magħhom hekk kif qed jistma lil dan il-plejer jiswa madwar 100 miljun ewro.
Insigne kompla jgħid illi jinsab kuntent illi baqa’ ma’ Napoli għax hu stmat ħafna mid-diriġenza u anke mill-partitarji.
Insigne ilu mal-klabb li jilgħab fi Stadio San Paolo sa mis-sena 2011 fejn skorja 42 gowl fi 173 partita.