Insieha ż-żiffa!

Awwissu jidher li se jagħti ħafna sħana u għalhekk skont FirstMalta mill-ewwel jum t’Awwissu s-sħana se taqbeż il-medja staġjonali u b’hekk Awwissu se jġib miegħu r-raba’ mewġa ta’ sħana.
Dan hekk kif jidher li l-antiċiklun Afrikan se jerġa’ jibda jgħolli rasu. Jidher li massa t’arja sħuna li se tilħaq il-gżejjer Maltin se tkun akkumpanjata minn livelli ogħla ta’ umdità u għalhekk is-sħana se tkun qed tinħass ferm iktar.
Sa issa għadhom mhux magħrufa t-temperaturi li se jkunu qed jinħassu l-ġimgħa d-dieħla