“Insellmu l-memorja ta’ Sam Sammut”

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) kif ukoll il-Partit Laburista (PL) sellmu lil memorja ta’ Sam Sammut, li kellu karriera twila fil-ġurnaliżmu.

L-IĠM spjegat li Sammut ħadem għal diversi snin bħala ġurnalist u anke bħala kap tal-aħbarijiet għal diversi publikazzjonijiet tal-Union Print. Il-PL ukoll iddeskriva lil Sammut bħala bniedem leali lejn il-prinċipji soċjal demokratiċi u ta’ trejd unjoniżmu.

L-IĠM u l-PL taw il-kondoljanzi lill-familjari, kollegi u dawk kollha viċin tiegħu.