‘Insegwu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa biex nappoġġjaw lill-professjonisti tas-saħħa’

PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-unika mod li bih in-nies jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-professjonisti tas-saħħa huwa billi jsegwu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Fi stqarrija l-PN qal li Delia qal dan meta żar iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Bl-għaqal biss nistgħu nibdew ingawdu bil-mod il-mod il-frott tas-sagrifiċċji li għamilna bħala pajjiż. Huwa Importanti li ma nkissrux is-sagrifiċċji li għamilna sal-lum u li nżommu l-għaqal li urejna biex ma nitilfux ir-riżultati pożittivi li ksibna,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-PN qal li min-naħa tagħhom, l-istaff mediku taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta tkellmu ma’ Adrian Delia dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom, filwaqt li fakkru fis-sensittività ta’ dan il-perjodu, fejn tajjeb li wieħed iżommu l-kawtela u jobdi d-direttivi tas-saħħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn