Insara u Musulmani kontra l-qoxra ta’ Charlie Hebdo sena wara l-massakru

Isqfijiet Kattoliċi u awtoritajiet Musulmani fi Franza kkritikaw il-qoxra tar-riżvista satirika Charlie Hebdo, għall-bejgħ mil-lum, fl-okkażjoni ta’ għeluq is-sena mill-attakki terroristiċi fuq l-uffiċċji tagħhom.
Il-polemika nqalgħet wara li ħarġet il-qoxra, bi sfond iswed b’karattru abjad fuqha, imċappas bid-demm, li jġorr arma imma wara rasu, għandu t-trijangolu bl-għajn li jissimbolizza lil Alla.
Fuq il-qoxra hemm il-kliem li jgħidu li l-qattiela għadhom jiġru barra.
Sadattant, il-President Franċiż Francois Hollande, fakkar il-vittmi tal-uffiċċji ta’ Charlie Hebdo u tal-jiem ta’ wara, Pulizija mara li nqatlet fit-triq u l-erba’ vittmi f’supermarket Lhudi.