Insalata tar-ross

Ingredjenti

2 kikkri ross

2 bajdiet iebsa

2 tadamiet kbar

4 mgħaref salad cream

landa kbira tonn taż-żejt

ftit żebbuġu kappar

bżar u melħ

Metodu

Għalli r-ross u ħallih jiksaħ.

Qatta’ l-affarijiet l-oħra kollha biċċet żgħar. Ħallat kollox flimkien u żid is-salad cream. Ħawwad tajjeb.

Iddekora l-wiċċ b’biċċiet oħra tat-tadam u żebbuġ.