Insalata grilljata bil-ħass u l-piżelli

Ingredjenti

3 kuċċarini ħall abjad

1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa

1 ras ta’ tewma, mgħaffġa

1 mgħarfa tursin, imqatta’ rqiq

1 mgħarfa nagħniegħ, imqatta’ rqiq

ħassa kabuċċjata

140g piżelli tal-friża

Metodu

Lesti d-dressing billi tħallat il-ħall, nofs iż-żejt, it-tewma u l-ħwawar.

Saħħan il-grill.

Ippinzella l-ħass bil-kumplament taż-żejt u saħħnu taħt il-grill għal 3 minuti sakemm jibdel il-kulur.

Sajjar il-piżelli u meta jsiru ħallathom mal-ħass u mad-dressing li tkun ippreparajt minn qabel.

Servi mill-ewwel mal-ħut, tiġieġ jew ħaruf.