Insalata Coleslaw

Ingredjenti

½ kaboċċa slajsjata rqiqa ħafna

½ basla mqattgħa rqiqa ħafna

1 zunnarija maħkuka jew slajsjata rqiqa ħafna

3 mgħaref mayonnaise

1 mgħarfa meraq tal-lumi

1 kuċċarina ħall abjad

1 mgħarfa mustarda

nitfa zokkor

bżar u melħ

Metodu

Poġġi l-kaboċċa, iz-zunnarija u l-basla f’bieqja kbira.

F’bieqja iżgħar ħallat il-mayonnaise, il-meraq tal-lumi, il-ħall, iz-zokkor u l-mustarda. Fl-aħħar roxx il-bżar u l-melħ. Ħallat tajjeb u ferragħ fuq il-ħaxix.

Ħallat kollox flimkien. Servi mill-ewwel inkella daħħal fil-friġġ fejn tista’ tħalliha għal jumejn.