Ingredjenti
100g perżut
100g perżut tal-koxxa
100g mortadella
100g salami stil
100g luncheon meat taż-żebbuġa
100g zalzett Malti
200g ġobon tal-qoxra ħamra mqatta’
3 bajdiet ibsin imqattgħa f’erbgħa
Kontorni għall-insalata
ħassa
200g tadam imqatta’
100g żebbuġ iswed
100g fażola bajda
ħjara mqattgħa rqiqa
meraq ta’ lumija
mgħarfa żejt taż-żebbuġa
kuċċarina ħall balsamiku
galletti jew ħobż Malti
Metodu
Aħsel il-ħass u ferrex fuq dixx kbir.
Poġġi l-laħam ħdejn xulxin fuq il-ħass.
Żid iz-zalzett Malti, il-bajd u l-ġobon.
Żejjen bit-tadam, ħjar, żebbuġ u fażola. Ħawwar l-insalata bi ftit żejt, ħall u lumi.
Servi dan il-platter bil-galletti jew ħobż Malti.