Ingredjenti
1 basla ħamra, mqattgħa
2 bżariet ħodor
6 tadamiet, mqaxxrin
landa ċiċri ta’ 420 gramm
2 mgħaref nagħniegħ, mqatta’
nofs kuċċarina rieġnu (oregano)
2 mgħaref ħabaq, imqatta’
200g ġobon feta, mqatta’ dadi
meraq ta’ żewġ lumijiet
3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
melħ u bżar
Metodu
Aqsam il-bżar min-nofs, neħħilu ż-żerriegħa u qattgħu strixxi. Qatta’ t-tadam f’dadi u saffi ċ-ċiċri.
Poġġi l-bżar imqatta’, it-tadam u l-basla fi skutella u ħawwad flimkien.
Poġġi nofs iċ-ċiċri fi skutella u żid mgħarfa żejt u l-meraq tal-lumi.
Għaffeġ sew b’furketta mbagħad żid mal-insalata flimkien mal-kumplament taċ-ċiċri sħaħ.
Xerred in-nagħniegħ, ir-rieġnu u l-ħabaq u ħawwar bil-melħ u l-bżar.
Żid id-dadi tal-feta u l-kumplament taż-żejt.
Ħawwad kollox flimkien u servi.