Ingredjenti
600g brokkoli
130g mayonnaise
45g ħall aħmar
2 mgħaref zokkor
nofs kuċċarina melħ
nofs kuċċarina bżar
200g sultana u passolina mħallta
50g basal imqatta’ fin
90g lewż inkaljat, ftit imkisser
4 slajsis bejken, imsajrin u mfarrkin
Metodu
Aqta’ l-fjoretti tal-brokkoli u rriserva z-zkuk.
Aqta’ l-fjoretti f’biċċiet. Qaxxar iz-zkuk u qatta’ f’biċċiet ta’ 1ċm.
F’bieqja żgħira ħallat il-mayonnaise, il-ħall, iz-zokkor, il-melħ u l-bżar.
F’bieqja akbar ħallat il-brokkoli, is-sultata, il-passolina u l-basal. Żid it-taħlita tal-mayonnaise u ħawwad biex tiksi kollox. Daħħal fil-friġġ sakemm tasal biex isservi.
Qabel isservi roxx il-bejken u l-lewż.