Ingredjenti
8 slajsis bejken
2 irjus torja tal-brokkoli, mqattgħin biċċiet
200g ġobon Cheddar maħkuk
nofs basla mqattgħa biċċiet żgħar
kwart ta’ kikkra ħall aħmar
20g zokkor
2 kuċċarini bżar iswed
1 kuċċarina melħ
100g mayonnaise
1 kuċċarina meraq tal-lumi
Metodu
Sajjar il-bejken sakemm isir iqarmeċ. Farrkru f’biċċiet.
F’bieqja kbira ħallat il-brokkoli, il-ġobon, il-bejken u l-basla.
F’bieqja oħra ħallat il-ħall, iz-zokkor, il-bżar, il-melħ, il-mayonnaise u l-meraq tal-lumi. Itfa’ din it-taħlita fuq l-insalata tal-brokkoli u ħallat bil-mod.
Ħalliha fil-friġġ sakemm tasal biex tużaha.