Inqdew … l-aqwa li kienu f’karozza, anki jekk tal-kartun!

Fil-Belġju, fil-belt ta’ La Louviere, hemm post li jaqdi biss lil dawk li jkunu f’karozza minħabba l-imxija tal-Covid-19, raw vettura mhux tas-soltu biex iservu lil min kien fiha.

Nathalie Moerman u bintha Marie, ta’ 16-il sena, m’għandhomx karozza imma zaqqhom waqgħetilhom biex jieklu dawk il-hamburgers u ċ-chips ta’ dak il-post. Allura solvew malajr il-problema.

Il-koppja kellhom ħafna kaxxi kbar tal-kartun li kienet waslu fihom xi għamara. Malajr fassluhom f’forma ta’ karozza u marru fil-post … u ndew u ħadu l-ikel li xtaqu!

Bil-ħaqq, in-numru tal-karozza tal-kartun kien COVID-19!