​Inqatgħu 1,600 provvista tad-dawl għax il-kont ma tħallasx

Bejn Marzu 2013 u Ottubru 2014, s’issa, il-Korporazzjoni Enemalta qatgħet il-provvista tad-dawl lil 1,662 abbonat.
Dan minħabba li l-kontijiet tad-dawl ma tħallsux.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.