Inqas zokkor f’ċikkulata tal-Cadbury

Iċ-ċikkulata Dairy Milk se tkun qed tnaqqas l-ammont ta’ zokkor fil-prodott tagħha bi 30% mis-sena d-dieħla.

Dan wara li l-gvern Ingliż sfida l-industrija tal-ikel biex inaqqsu l-livelli ta’ zokkor b’wieħed minn-ħamsa sal-2020.

Il-manifatturi li ma jikkonformawx ma dan, se tiżdidilhom taxxa ta’ 20% fuq il-prodott.

Persuni favur is-saħħa qalu li l-kumpanija Cadbury u kunpaniji oħra għandhom jagħmlu aktar minn hekk u jiġu sfurzati jnaqqsu l-ammont ta’ zokkor u xaħam fil-prodotti.