Inqas skariġġi għall-pazjenti f’Mater Dei

Min-nhar it-Tlieta li ġejjin, l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) se tkun disponibbli wkoll minn Mater Dei.
Il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, qal fi stqarrija li s-servizz tal-One Stop Shop se jkun qed jaqdi l-bżonnijiet ta’ pazjenti li jkunu għadhom kemm ġew ħarġu minn Mater Dei u miċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo kif ukoll il-pazjenti li jkunu qegħdin fl-istess sptarijiet għall-appuntamenti tal-out patients.
L-istqarrija tkompli tgħid li dan ifisser inqas skariġġi għal dawk il-persuni li jiġu bżonn is-servizz għax ma jkollhomx għalfejn imorru Gwardamanġa għall-mediċini.
Permezz tal-One Stop Shop tal-POYC pazjent jista’ japplika jew iġġedded il-kartuna s-safra, jista’ japplika għal permessi għal trattamenti taħt protokoll u japplika jew iġedded għal karta ta’ mediċina perikoluża (Dangerous Drugs Control Card), fost numru ta’ servizzi oħra.
Ritratt: Arkivji