Inqas nies taw id-demm din is-sena

L-ammont ta’ donazzjonijiet tad-demm bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, kien inqas meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
 
Dan wassal biex is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm qed jappella għal aktar donazzjonijiet.
 
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jkun miftuħ kuljum mit-8 ta’ filgħodu sas-6 ta’ filgħaxija.
 
Barra minn hekk is-Sibt u l-Ħadd li ġej wieħed jista’ jagħti d-demm fid-Dar tal-Arċipriet taż-Żurrieq mit-8.30 ta’ filgħodu sas-1 ta’ waranofsinhar.
Intant, f’Għawdex l-għoti tad-demm jista’ jsir fid-Dipartiment tal-Outpatients nhar it-Tlieta 8 ta’ Lulju mis-1 sal-5 ta’ waranofsinhar.