Inqas minn nofs iċ-ċifra tas-sena l-oħra biex tintrefa’ Santa Marija tal-Imġarr

Bħal ma jsir kull sena f'Jum il-Festa ta' Santa Marija fl-Imġarr, gruppi tar-reffiegħa ngħaqdu għall-irkant tradizzjonali biex jerfgħu l-istatwa titulari waqt il-purċissjoni tal-lejla.
Din is-sena, is-somma telgħet għal €5000, jiġifieri €6,500 inqas miċ-ċifra tas-sena li għaddiet.
Waqt dan l-irkant, kelliem għal kull grupp jibda joffri ċifra, kif isir f'irkant normali, u dak il-grupp li joffri l-akbar ċifra jkollu x-xorti jerfa' l-vara mat-toroq tal-Imġarr.
Ir-reffiegħa jiġbru l-flus bejniethom, mingħand il-familji u l-ħbieb tagħhom.
Il-flus li jinġabru jmorru għall-bżonnijiet tal-ħidma tal-parroċċa u għall-manutenzjoni tal-Knisja Parrokjali.