Inqas minn 7,000 fuq l-għajnuna soċjali

Għall-ewwel darba f’Malta n-numru ta’ nies fuq l-għajnuna soċjali f’Novembru u Diċembru 2019 niżel taħt is-7,000 skont il-Gvern.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali qal li n-numru totali f’Diċembru 2019 kien ta’ 6,928 persuna.

“F’Diċembru 2019, kien hemm 6,315-il persuna fuq l-għajnuna soċjali, inkluż dik imħallsa lill-ommijiet mhux miżżewġa, waqt li kien hemm 613-il persuna oħra jieħdu l-għajnuna soċjali għal disimpieg.”

Skont il-Ministeru f’Diċembru tal-2012 kien hemm 9,775-il persuna jirċievu għajnuna soċjali inkluż dik imħallsa lill-ommijiet mhux miżżewġa u kien hemm 4,174-il persuna jirċievu l-għajnuna soċjali għal disimpieg.