Inqas minn 5 minorenni bla ġenituri applikaw għall-ażil f’Malta fl-2018 – Eurostat

Inqas minn 5 persuni taħt l-età li kienu waħedhom applikaw għall-ażil f’Malta fl-2018, skont rapport tal-istatistika dwar l-ażil maħruġ mill-Eurostat. L-aktar pajjiż li kellu applikazzjonijiet għall-ażil minn minorenni kien il-Ġermanja b’4,085 talba.

Ir-rapport tal-Eurostat jikkalkula kollox b’5, u fil-lista, Malta hija mniżżla li fl-2018 kellha 5 applikazzjonijiet għall-ażil minn minorenni waħidhom. Dan ifisser li n-numru seta’ kien inqas minn 5, iżda ġie rrawndjat għal 5. Mhuwiex speċifikat jekk dawn kinux bniet jew subien u kemm kellhom żmien. L-istatistika turi li fl-2017, Malta rat l-istess numru ta’ applikazzjonijiet minn minorenni waħedhom.

B’kollox, fl-Unjoni Ewropea, kien hemm 19,700 minorenni jfittxu l-ażil fl-istati membri. Dan in-numru naqas b’mod sinifikanti mill-2017 ‘l hawn, meta kien ta’ 31,400. Fl-2018, il-minorenni waħedhom fl-UE kienu 10% mill-applikanti kollha ta’ taħt it-18-il sena.

Il-maġġoranza ta’ dawn il-minorenni fl-2018 kienu rġiel, b’persentaġġ ta’ 86%. 14,800 minnhom kellhom bejn 16 u 17-il sena, 3,400 minnhom kellhom bejn 14 u 15-il sena, filwaqt li 1,400 minnhom kellhom inqas minn 14-il sena. L-aktar li ġew minorenni kien mill-Afganistan, mill-Eritrea, mill-Pakistan, mis-Sirja, mill-Guinea u mill-Iraq.

It-total fl-2017It-total fl-2018li minnhom:Persentaġġ tal-applikanti minorenni kollha (%)It-total tagħhom fl-UE (%)
Maskili (%)Età inqas minn UE
UE
31 39519 74085.87.310.3*100.0
Il-Belġju73581083.410.412.34.1
Bulgarija44048095.48.357.12.4
Ir-Repubblika Ċeka00
Id-Danimarka46024089.212.021.81.2
Il-Ġermanja9 0854 08579.99.14.820.7
L-Estonja00
L-Irlanda301588.20.02.00.1
Il-Greċja2 4552 64092.66.812.113.4
Spanja207576.610.40.70.4
Franza59074075.65.33.13.8
Il-Kroazja402591.720.810.70.1
L-Italja10 0053 88591.20.9-**19.7
Ċipru22526073.73.923.71.3
Il-Latvja105
Il-Litwanja00
Il-Lussemburgu503588.916.75.90.2
L-Ungerija2304097.633.311.70.2
Malta55
In-Netherlands1 1801 22582.310.722.26.2
L-Austria1 35039084.412.85.92.0
Il-Polonja11512556.872.86.70.6
Il-Portugall404073.75.312.60.2
Ir-Rumanija26513577.928.724.60.7
Is-Slovenja39055598.43.270.32.8
Is-Slovakkja1010
Il-Finlandja17510571.018.79.60.5
L-Iżvezja1 28593073.422.014.64.7
Ir-Renju Unit2 2052 87088.62.431.314.5
L-Iżlanda105
Liechtenstein00
In-Norveġja17514574.120.317.8
L-Iżvizzera76543583.710.87.0