Inqas ‘leave’ għall-Imħallfin u l-avukati Taljani

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi ħabbar sensiela ta’ miżuri li se jwasslu għal riforma tant mistennija li għandha tindirizza d-dewmien fil-qrati.
Il-pjanijiet ta’ Renzi għandhom iġibu bidliet kbar fis-sistema tal-ġustizzja Taljana, li hija magħrufa għad-dewmien tagħha.
Fost il-proposti hemm dik li mħallfin u avukati se jkollhom iħaffu aktar u se jingħataw anqas ħin frank. Se jibdew jitħaffu wkoll każijiet ta’ divorzji.
Il-Prim Ministru Taljan sostna li dik li sejjaħ bħala ‘rivoluzzjoni’ fil-qrati, se tkisser il-burokrazija u l-proċessi twal, li qal qed iħallu impatt negattiv fuq l-attività kummerċjali fil-pajjiż.
Il-każijiet ċivili jieħdu medja ta’ tmien snin sabiex jingħalqu.
Il-kazijiet fil-qrati jdumu għaddejin snin twal wara sensiela ta’ appelli u kontro-appelli.