Inqas imwiet mis-sena li għaddiet waqt l-imxija tal-coronavirus

Ma kien hemm l-ebda ċaqlieq ‘il fuq fl-imwiet f’Malta matul l-imxija tal-coronavirus, meta mqabbla mas-sena li għaddiet.

Statistika li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra mill-Ministru Chris Fearne turi kif iċ-ċifri fil-verità niżlu l’isfel meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. It-total ta’ mwiet bejn Frar u April ta’ din is-sena kien 992. Fl-istess tliet xhur tal-2019 mietu 1,026.

Skont ir-reġistru nazzjonali tal-imwiet matul din is-sena kien hemm 312-il mewt fi Frar, 381 f’Marzu u 299 f’April, li b’xahar xahar kienu inqas mill-istess xhur tas-sena li għaddiet. Tant hu hekk li skont l-istess reġistru nazzjonali tal-imwiet, fi Frar tal-2019 kien hemm 351 mewt, 373 f’Marzu tal-2019 u 302 f’April tal-istess sena.

Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn