“Inqas burokrazija għall-intrapriżi” – Chris Cardona

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona saħaq dwar l-importanza li tkompli tonqos il-burokrazija għall-intrapriżi lokali.
Huwa qal dan waqt it-tnedija tas-sit il-ġdid ta’ Business 1st  fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel. 
Business 1st hija inizjattiva mmirata biex tiffaċċilità ħajjet is-sidien tan-negozju, il-kumpaniji start-ups u s-self-employed billi toffrilhom one-stop shop.