Inqaleb bil-karozza fi Triq Marsalforn

Karozza nqalbet kawża ta’ inċident tat-traffiku li seħħ illum fi Triq Marsalforn.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8pm. Triq Marsalforn, hija triq li mir-Rabat, Għawdex tieħu lejn Marsalforn. Skont sorsi jidher li kawża tal-inċident saħansitra waqa’ ħajt tas-sejjiegħ.

Il-kelliem għall-Pulizija spjega li l-karozza kienet misjuqa minn Għawdxi ta’ 30 sena miż-Żebbuġ. Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.