Inqabad rieqed b’2 kilos kannabis fi skola

Raġel li kien qed jorqod fi skola primarja inżamm arrestat wara li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest hekk kif inqabad b’2 kilo kannabis u 160 pillola ecstasy fil-pussess tiegħu.

Ir-raġel ta’ 35 sena li ma għandux dar f’Malta huwa minn Montenegro, huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli akkużat bil-pussess tad-drogi kannabis u ecstasy f’ċirkustanzi li juru li ma kienux għall-użu personali. Huwa kien akkużat ukoll li kkommetta reat f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn skola.

A homeless man, arrested at the primary school he was sleeping in whilst carrying 2kg of cannabis grass and 160 ecstasy pills, has been remanded in custody this morning.

Huwa kien qiegħed jorqod fl-iskola primarja tal-Imsida li ilha sentejn magħluqa hekk kif għaddej ix-xogħol fuqha.

Huwa kien arrestat wara li saru diversi rapporti mal-Pulizija u kien hemm investigazzjonijiet.

L-akkużat wieġeb fil-Qorti li mhux ħati u baqa’ miżmum arrestat.

L-Ispettur Colin Sheldon mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat tal-għajnuna legali Mark Mifsud Cutajar deher għall-akkużat.