Inqabad isuq xurban u bla elmu; 6 xhur bla liċenzja

Turist ta’ 23 sena ġie pprojbit milli jsuq għal sitt xhur wara li ammetta li saq quad-bike f’Paceville meta kien xurban. Il-każ seħħ it-Tlieta ftit qabel is-2am.

Jordan Eastland minn Londra tressaq il-Qorti akkużat ukoll li hedded surġent tal-Pulizija li waqqfu fit-Triq San Ġorġ għax ma kienx liebes elmu.

Minbarra sospensjoni tal-liċenzja, li tapplika wkoll għar-Renju Unit, l-akkużat ġie ordnat iħallas multa ta’ €2,600. Hu se jkun qed iħallas il-multa, b’€75 fix-xahar.