Inqabad iqalleb f’karozza fil-Għargħur

Raġel ta’ 39 sena ġie arrestat wara li bil-lejl inqabad iqalleb f’karozza.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12.45 am fi Vjal ir-Repubblika fil-Għargħur meta żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Għargħur innota li fil-karozza ta’ ħuh kien hemm raġel.

Hekk kif iż-żagħżugħ mar jikkonfrontah, ir-raġel prova jaħrab iżda ż-żagħżugħ żammu ċempel lill-pulizija.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.