“Inpoġġu lilna nfusna qabel il-gossip”; Emma u Biondo flimkien mill-ġdid?

L-ispekulazzjonijiet dwar jekk Emma Muscat u Biondo, il-koppja li twieldet fil-programm televiżiv Amici, għadhomx flimkien issa ħadu xejra differenti peress li jidher li reġgħu flimkien.

Dan wara li fl-aħħar xhur, rapporti kienu qegħdin jispekulaw li l-koppja żagħżugħa kellha xi tgħid. Huma kienu qed joqogħdu f’dar flimkien f’Milan, iżda wara xi battibekki, telqu għal riħhom.

F’intervista ma’ magazin Taljan, Biondo fetaħ qalbu dwar il-kantanta Maltija li ssaħħar warajha. Fuq Instagram Biondo spjega li l-intervista kienet saret qabel ma kienu ħassru Emma u Biondo, għalhekk xi kummenti li ġew ippubblikati ma kinux f’lokhom. Madankollu, huwa qal li huma kellhom bżonn xi żmien, biex bħal koppji normali, isiru jafu aktar lilhom infushom. Żied jgħid li aktar jinteressahom minn xulxin milli mill-gossip.

Emma xerrdet dan il-messaġġ ta’ Biondo fuq il-kont tal-Instagram tagħha. Jidher li bħalissa hija tinsab fl-Iżvezja, wara ħarba Malta.