Innomina lill-kumpanija tiegħek jekk iżżomm relazzjoni tajba mal-klijenti u l-impjegati

Kumpaniji Maltin li jemmnu li għandhom relazzjoni ta’ kwalità għolja u eżemplari mal-klijenti u l-impjegati tagħhom jistgħu jinnominaw ruħhom għal premju internazzjonali.
Dan hekk kif l-organizzazzjoni internazzjonali ICERTIAS qed tistieden lill-kumpaniji f’Malta biex japplikaw għall-premju tal-Customers’ Friend.
Il-premju, li ġie introdott fis-suq Ewropew fl-2014, iħabrek li jiġbor fil-programm kumpaniji u organizzazzjonijiet li jimplimentaw u jinkoraġġixxu attitudni ġusta u professjonali fis-suq, komunikazzjoni pjaċevoli u professjonali mal-klijenti tagħhom, joffru appoġġ lill-klijent u jinfluwenzaw b’mod pożittiv il-komunità soċjali fit-territorju li joperaw fih.
Kumpaniji u organizzazzjonijiet li huma interessati li jingħaqdu mal-programm ta’ ċertifikazzjoni tal-ICERTIAS Customers’ Friends jgħaddu minn eżami mill-analisti tas-suq tal-ICERTIAS li jkun ibbażat fuq riċerka tas-suq sekondarju.
Kumpaniji li huma interessati jistgħu jirreġistraw permezz tas-sit jew tal-imejl.