Innomina lill-għalliema tiegħek fil-Jum Dinji għall-Għalliema!

Read in English.

Newsbook qed jagħtik l-opportunità li turi l-apprezzament tiegħek lejn l-għalliem jew għalliema favorita tiegħek #TeacherAppreciation.

Din żgur hija s-sena li matulha għandek turi apprezzament lil għalliema tiegħek. Minn meta l-pandemija tal-Covid-19 daħlet f’Malta f’Marzu 2020, l-għalliema kellhom jaraw x’jagħmlu biex xorta jwasslu t-tagħlim tagħhom mill-bogħod u issa qed jadattaw għal realtà ġdida fil-klassijiet qalb regolamenti stretti għall-ġid ta’ kulħadd.

Fil-Jum Dinji għall-Għalliema, Newsbook.com.mt qed iniedi kampanja ġdida biex jgħinkom turu l-apprezzament tagħkom lejn l-għalliema dedikati fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex.

Faċli biex tinnominahom:

  • Ibagħtilna l-isem u l-kunjom tagħhom.
  • Iddeskrivihom fil-qosor u għidilna għaliex taħseb li jistħoqqilhom apprezzament.
  • Ibagħtilna ritratt tagħhom.
  • Ibgħat messaġġ privat fuq il-Paġna tagħna ta’ Facebook jew ibgħat imejl fuq hero@newsbook.com.mt. Newsbook u 103 Malta’s Heart jieħdu ħsieb il-bqija!

Ir-ritratti bit-tagħrif dwar l-għalliema favorita tiegħek, intellgħuh fuq Facebook bil-hashtag #TeacherAppreciation on the photo.

Ħeġġeġ lil sħabek biex huma wkoll juru apprezzament lill-għalliema tiegħek, billi jagħfsu like jew ixerrduha fuq Facebook. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Eduline.