Inlestu ruħna għal iktar xita?

Arkivji

Is-sajf jidher li wasal fi tmiemu hekk kif matul din il-ġimgħa mistenni li tkompli tagħmel ix-xita. Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta, għada l-Ħadd it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalba xita waranofsinhar. Ir-riħ forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru għall-forza 3 għall 4 matul il-jum. Matul il-ġurnata tat-Tnejn it-temp mistenni jibqa’ msaħħab. It-Tlieta nerġgħu nibdew nistennew ix-xita.

Skont is-sit ta’ Facebook Malta Weather matul din il-ġimgħa se jkun hemm iktar ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu qawwija u bir-ragħad. Dan it-tibdil fit-temp juri li bil-mod il-mod is-sajf qed jibda jċedi postu għal temperaturi aktar baxxi u b’ħalbiet tax-xita minn ħin għal ħin.

SUMMER is in crisis! 😱⛈🌧⚡️☔️🌬🌊😭 More RAIN showers that may be HEAVY and THUNDERY at times are expected next week across…

Posted by Malta Weather on Friday, September 6, 2019